It-Tazza tad-Dinja ta’ din is-sena ġabet ukoll investiment maġġuri ieħor fil-binja tal-Juventus Club Malta Cuore Bianconero.

Dan hekk kif, fl-aħħar jiem, ġie inawgurat it-terrazzin tal-klabb li matul is-sena li għaddiet dejjem inżamm magħluq. B’erba’ settijiet tat-televiżjoni u sistema ta’ sound, dan qed jintuża matul dawn il-jiem tat-Tazza tad-Dinja u se jkun miftuħ ukoll għal-logħob ta’ Juventus sakemm jippermetti t-temp.

Dan it-terrazzin joffri wkoll opportunità ġdida lil min jixtieq jikri s-swali tal-klabb, għal attivitajiet personali, u jagħmel użu minn żona fuq barra.

Investiment importanti ieħor sar fil-gallarija, u żgur se jinżel tajjeb ma’ dawk li jpejpu. Dan hekk kif fil-gallarija, li hi wkoll smoking area, ġie installat sett ieħor tat-televiżjoni b’sistema ta’ sound biex min jixtieq ipejjep ma jitlef l-ebda azzjoni.

L-investiment sar bi sħab bejn il-klabb u t-tmexxija tal-JCMCB Bar & Grill li f’dawn il-jiem qed torganizza World Cup Village. Il-Kumitat jirringrazzja lil Paul Valletta, membru tal-Kumitat, li kien strumentali biex sar ix-xogħol b’mod mill-iktar professjonali.