Juventus, f’filmat ippubblikat fuq il-midja soċjali uffiċjali tagħhom, użaw xeni mis-swali ġodda tal-klabb f’inizjattiva biex jippromwovu l-Official Fan Club.

Fil-filmat, jidhru membri tal-klabb u Juventini oħra li attendew għal waħda mil-logħob tal-istaġun li għadu kif intemm.

B’hekk, permezz ta’ dan il-filmat ta’ ftit sekondi, il-membri tal-klabb ingħaqdu ma’ diversi Juventini oħra madwar id-dinja f’xhieda tal-passjoni li teżisti fi ħdan il-klabb u f’pajjiżna. Il-Juventus Club Malta Cuore Bianconero, għal sentejn infila, ġie dikjarat bħala l-ikbar Official Fan Club barrani.