Wara domanda kbira għall-flokkijiet tat-tfal relatati mal-Edizzjoni Limitata tal-akkwist ta’ Cristiano Ronaldo, bi pjaċir inħabbru li l-klabb ser joffri dawn is-sizes li jibdew minn sena u jibqgħu telgħin.

Il-prezz ta’ dawn il-flokkijiet se jkun dak ta’ €15 (€16 jekk titħallas minn PayPal).

Minħabba li dawn il-flokkijiet intlaqgħu tajjeb ħafna, nixtiequ ninfurmaw li ż-żmien tal-bookings għall-flokkijiet u kif ukoll għall-mugs issa jagħlaq il-Ħadd 15 ta’ Lulju flok il-Ġimgħa 13 ta’ Lulju.

Nitolbukom tibagħtu fuq Facebook ta’ Marlon Hili jew SMS fuq in-numru 99201009 sabiex tirriservaw flokk jew mug.

Infakkrukom ukoll li l-bookings jiġu kkonfermati ladarba jsir il-ħlas. Grazzi tas-sostenn tagħkom.