Hekk kif il-Ħadd li ġej isir il-Grand Prix ta’ Hockenheim, fit-15:00, il-Juventus Club Malta Cuore Bianconero u l-JCMCB Bar & Grill se jiftħu l-bibien tagħhom għas-segwaċi tal-Formula 1.

Bil-faċilitajiet kollha tal-klabb għad-dispożizzjoni ta’ dawk li jattendu, inklużi żewġ big screens u numru ta’ televiżjonijiet, din l-attività mistennija tkun ideali għas-sostenituri tal-Ferrari.

Dan hekk kif l-attività qed tkun organizzata bi sħab ma’ Scuderia Ferrari Club Birzebbuga – MALTA, li riċentament akkwista rikonoxximent uffiċjali.