Nhar il-Ħamis 26 ta’ Lulju jittellgħu l-poloz tas-Serie A, biex finalment insiru nafu ma’ min se jiltaqgħu Juventus u f’liema ġranet.

B’akkwisti bħal dak ta’ Cristiano Ronaldo, u suq tat-trasferimenti li s’issa kien wieħed ippjanat u maħdum bilgħaqal, kull ma jmur qed jiżdied l-interess.

Din is-sena, il-kampjonat se jibda iktar kmieni mis-soltu, fid-19 t’Awwissu, u jiġi fi tmiemu fis-26 ta’ Mejju.

Bħal kull sena, il-klabb se joffri biljetti għal-logħob ta’ Juventus, iżda d-domanda mistennija tkun ferm ikbar minn dawk tas-snin preċedenti. Fid-dawl ta’ dan għaddejjin diskussjonijiet u fil-jiem li ġejjin se jitħabbar ftehim li minnu se jgawdu l-membri kollha.

Bħal dejjem, kull persuna li tixtieq takkwista biljett trid tkun membru tal-klabb waqt li kien hemm bidla fis-sens li kull informazzjoni dwar biljetti u tours trid tintalab permezz ta’ email fuq tickets@juventusmalta.com.

Dan ifisser li mhux se jiġu aċċettati telefonati dwar biljetti jew tours, biex b’hekk is-sistema tkun iktar ġusta, ċara u trasparenti.

Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280