Il-Juventus Club Malta Cuore Bianconero bi pjaċir iħabbar li għada se jilqa’ lil Calypso Radio fi ħdan il-klabb.

Grazzi għal ftehim li sar, dan l-istazzjon tar-radju ewlieni f’pajjiżna se jkun qed ixandar mis-swali tal-klabb, fl-istess waqt li matul il-ġurnata tkun għaddejja l-Open Day.

Ix-xandira diretta tibda fit-08:30 waqt li l-Open Day tal-klabb tibda fl-10:00 u tibqa’ għaddejja sal-17:00. Wara, fis-19:00, fil-klabb issir Laqgħa Ġenerali Annwali.

Il-ftehim bejn il-Juventus Club Malta Cuore Bianconero u Calypso Radio kien possibbli grazzi għal Y Ltd – Public Relations & Marketing Services.