Il-Juventus Club Malta Cuore Bianconero kellu żjara b’sorpriża għal-logħba bejn Juventus u Chievo.

Dan hekk kif, fost dawk li raw il-logħba fil-klabb, kien hemm Jacopo Malnati, li hu famuż fuq Youtube b’mod speċjali fl-Italja. Fil-fatt fuq YouTube, Malnati flimkien ma’ sieħbu Daniel Marangiolo jiffurmaw il-grupp iPantellas u jgħoddu 3.7 miljun subscriber.

Minbarra diversi filmati ta’ parodija, li kollha jlaħħqu l-miljuni ta’ views, iPantellas kienu wkoll parti minn diversi videos mużikali fosthom ‘Ma Anche No’ li jgħodd għaxar miljun view.

Fil-passat Malnati kienu wkoll parti minn Colorado, kellu sehem f’Miss Italia u flimkien ma’ Marangiolo ħarġu wkoll żewġ kotba.

Bħala ringrazzjament taż-żjara tiegħu, Malnati ddaħħal bħala membru onorarju tal-klabb