Apparti l-benefiċċji evidenti li Cristiano Ronaldo ġab lejn Turin, kemm fil-grawnd kif ukoll fuq livell kummerċjali, mal-fenomenu Portugiż issa qed igawdu wkoll l-avversarji.
Dan hekk kif, wara li Chievo għollew il-prezzijiet tal-biljetti tagħhom bejn l-40% u s-60%, sar magħruf li l-istess se jsir minn Udinese b’żieda iktar maġġuri.
Mill-informazzjoni uffiċjali jirriżulta li prezz għal-logħba kontra Juventus ivarja bejn €60, €105, €110 u €140 għall-curve, tribuna laterali, distinti u tribuna ċentrali rispettivament. Dan meta l-prezzijiet fl-istess setturi kienu €30, €35 u €45.
Dan ifisser żieda medja ta’ 200% fil-prezzijiet ta’ Udinese, li f’logħob oħra jvarjaw minn €25 sa €45 kontra Sampdoria u Lazio u bejn €20 u €45 kontra Torino. Logħbiet kbar normalment jiswew bejn €25 u €150 fid-Dacia Arena.
Sors: Il Corriere dello Sport
Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com