App ġdida li diġà rċeviet attenzjoni speċjali fil-midja lokali, b’rapporti fost oħrajn fuq The Times of Malta, se titnieda nhar il-Ġimgħa li ġej fis-swali tal-klabb.

MyHurryApp għandha l-għan li tnaqqas il-ħela ta’ ħin meta klijenti jkollhom bżonn xi prodott jew servizz. Dan għaliex l-app, kreazzjoni ta’ Matthew u Raiza Borg Carr, toffri servizz ta’ notifiki meta wieħed ikollu bżonn servizz.

Permezz ta’ MyHurryApp, dak li jkun li jixtieq servizz se jkun jaf liem fornituri huma disponibbli. B’hekk jitnaqqas il-ħela ta’ ħin għall-klijenti u l-fornituri tas-servizz.

Għal din l-attività mistennija mistiedna distinti, inkluż membri parlamentari miż-żewġ naħat tal-kamra, kif ukoll membri tal-midja.