Il-Juventus Club Malta Cuore Bianconero jħabbar li għal-logħob ta’ Juventus fiċ-Champions League se jħaddem l-istess sistemà li tapplika għal-logħob tas-Serie A.
Dan ifisser li min jixtieq jibbukkja għal xi logħba, għandu jagħmel dan billi jattendi l-klabb u jħallas depożitu ta’ €50 (rifondibbli) u €5 bħala miżata ta’ amministrazzjoni. Tapplika sistemà first come first served, jiġifieri jinqeda l-ewwel min jibbukkja l-ewwel, sakemm jifdal biljetti.
Kull min irid biljett irid ikun membru tal-klabb, bis-sħubija li tista’ ssir onlajn fuq http://juventusmalta.com/membership-form. Kull membru jista’ japplika għal biljett wieħed.
Il-Kumitat javża li għalissa għad m’hemmx informazzjoni dwar prezzijiet jew disponibbiltà ta’ biljetti. Kull informazzjoni tista’ tinkiseb fuq tickets@juventusmalta.com waqt li mhux se jkunu aċċettati telefonati relatati ma’ informazzjoni dwar il-biljetti.
Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com