Il-ħelikopter tas-sidien ta’ Leicester City F.C. iġġarraf ftit metri bogħod mill-grawnd mumenti wara tmiem il-logħba bejn il-klabb u West Ham United.
S’issa d-dettalji dwar dan l-inċident mhux magħrufa, u lanqas jekk hemmx persuni midruba jew mejta. Li kien aċċertat s’issa hu li ż-żona madwar il-grawnd ġiet evakwata, bil-ħelikopter jidher jieħu n-nar.
Is-sidien ta’ Leicester City normalment jitwasslu sal-istadium permezz ta’ dan il-ħelikopter qabel il-logħba u jittieħdu lura permezz tiegħu wkoll.
Il-klabb qed joffri numru limitat ta’ postijiet għal tours organizzati bi sħab bejn il-klabb u Britannia Tours, għal-logħob kontra Cagliari, Manchester United, Spal u Valencia. Dawk interessati mitluba jċemplu lil Britannia fuq 21245418 jew 21238039 inkella jagħmlu kuntatt b’email fuq sales@bsl.com.mt
Tixtieq issir membru tal-klabb? Is-sħubija tibqa’ valida għal sena u tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru. Tista’ ssir ukoll personalment fil-klabb.
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com







