Il-klabb akkwista poster tal-leġġenda ta’ Juventus Pietro Anastasi, iffirmat mill-plejer stess u li fuqu hemm miktub ukoll dedika lill-Juventus Club Malta Cuore Bianconero.

Dan il-poster, li l-ħsieb hu li jiġi esebit biex jitgawda mill-membri, jasal għandna ftit jiem wara li Anastasi ħabbar li sfortunatament qed jiġġieled il-marda kiefra tal-kanċer. Il-klabb għandu wkoll ritratti li juru lill-istess Anastasi jiffirma fuq dan il-poster.

Minbarra dan il-poster, il-klabb akkwista wkoll tliet posters oħra li jimmarkaw mumenti ewlenin tal-aħħar staġuni ta’ Juventus. Dawn ingħataw kollha b’donazzjoni mill-President Onorarju tal-klabb, Omar Busuttil.