Staġun 1990-91. Fis-sena ta’ Gigi Maifredi fit-tmexxija tat-tim Juventin, Juventus ikollhom mixja kemxejn pożittiva fit-Tazza għar-Rebbieħa tat-Tazzi. Dan jistona xi ftit mar-riżultati xejn sbieħ tat-tim fil-kampjonat.

Wara rebħa ta’ 3-1 fil-Belġju, Juventus jaffrontaw lil Standard Liège għar-ritorn fil-grawnd ġdid tagħhom li żżanzan dak l-istaġun, jiġifieri d-Delle Alpi.

Kellha tkun rebħa oħra komda li fetħet it-triq għas-semifinali, fejn Juventus kellhom jaffrontaw lil Barcelona.