Staġun 1977-78. Fl-istaġun ta’ qabel Juventus kienu rebħu l-ewwel unur Ewropew fl-istorja tagħhom: it-Tazza Uefa. Dakinhar Juventus kienu għelbu lil Atletico Bilbao fil-finali (li kienet intlagħbet fuq bażi ta’ żewġ logħbiet).
Apparti t-Tazza Uefa, Juventus kienu rebħu wkoll il-kampjonat biex b’hekk kienu eliġibbli li fl-istaġun ta’ wara jirrappreżentaw lill-Italja fit-Tazza taċ-Champions.
Tajjeb li niftakru li f’dawk is-snin it-timijiet li kienu jipparteċipaw fit-Tazza taċ-Champions kienu ferm inqas min-numru ta’ tims li jieħdu sehem illum. Biss biss, kull pajjiż (anke dawk imsejħa kbar) kienu jiġu rappreżentati minn tim wieħed biss. Apparti minn hekk il-kompetizzjoni kienet ibbażata fuq knockout fejn tim kapaċi jiġi eliminat fl-ewwel rawnd tal-kompetizzjoni.
Juventus kellhom mixja ferm pożittiva f’din l-edizzjoni, fejn fir-rawnds bikrija kienu eliminaw liċ-Ċiprijotti ta’ Omonia Nicosia u wara lit-tim Irlandiż ta’ Glentoran.
Fil-kwarti tal-finali Juventus eliminaw lil Ajax Amsterdam wara li l-logħba ta’ ritorn ġewwa Turin kienet marret għall-għoti tal-penaltis.
Fis-semifinali, il-polza tellgħet lil Juventus kontra t-tim Belġjan ta’ Bruges. Insegwu dak li kien ġara fl-ewwel miż-żewġ logħbiet tas-semifinali.
Ħalli Kumment