Staġun 2011-12. Juventus għadhom ġejjin minn żewġ kampjonati deludenti fejn darbtejn għalqu l-istaġun fis-seba’ post.

L-istaġun il-ġdid ma jġibx biss bidla teknika, fejn Antonio Conte jingħata t-tmexxija tat-tim, imma ngħaqdu ma’ Juventus ukoll numru ta’ plejers ġodda inkluż Andrea Pirlo, Mirko Vučinić, Arturo Vidal u Stephan Lichtsteiner.

Lejn ix-xhur ta’ Marzu u April, Milan, li huma l-ikbar sfidanti għar-rebħ tal-kampjonat, jidhru li għaddejjin minn kriżi ta’ riżultati.

Bħal-lum erba’ snin Juventus laqgħu fil-Juventus Stadium lil Lazio. Kien ferm importanti li Juventus jakkwistaw rebħa biex ikomplu fil-mixja lejn ir-rebħ tal-kampjonat.