Staġun 1979-80. Dan l-istaġun kien wieħed ftit partikolari għal Juventus. It-tim kien kompetittiv fil-kompetizzjonijiet kollha li ħa sehem fihom, biss ma rnexxilux jirbaħ l-ebda unur.
Ta’ min isemmi li fil-kampjonat Juventus kienu spiċċaw fit-tieni pożzizjoni, bl-Inter li rebħu l-kampjonat (dik id-darba mingħajr protesti fuq il-mejda jew il-bżonn li joħolqu skandli fil-futbol).
Fil-Coppa Italia, Juventus kien ġew eliminati fis-semifinali meta kellhom jaffrontaw lit-Torino f’Derby doppju.
Fil-kompetizzjoni tat-Tazza għar-Rebbieħa tat-Tazzi, Juventus ukoll waslu sas-semifinali fejn ġew megħluba minn Arsenal. Ġewwa Londra t-tim irnexxielu jakkwista riżultat tajjeb ta’ 1-1, biss gowl lejn l-aħħar fil-logħba minn Paul Leon Vaessen, fir-ritorn f’Turin, neħħa kull tama ta’ Juventus li jilħqu l-finali ta’ din il-kompetizzjoni.
Ta’ min isemmi li konsolazzjoni żgħira f’dak l’-istagun kienet li Robert Bettega kien spiċċa bħala l-aħjar skorer tal-kompjonat b’16-il gowl.