Staġun 1999-2000. Logħba ġewwa Milan kontra r-rivali eterni Inter hija dejjem logħba importanti.

Carlo Ancelotti qiegħed imexxi lit-tim Juventin li jinsab fil-quċċata tal-klassifika, u rebħa fuq Inter ċertament isservi biex issaħħaħ il-pożizzjoni ta’ Juventus.

Din ċertament logħba fejn l-attakkant Serb Darko Kovačević kien protagonist kbir.