Leonardo Bonucci – Bla dubju wieħed mill-aqwa plejers fl-iskwadra Juventina għall-istaġun 2015/16. Motivazzjoni kbira, mexxej u grintuż. Il-moħħ fid-difiża u maħbub ferm mis-sapporters Juventini. Eżempju għal ħafna difensuri.
Staġun ieħor brillanti u protagonist kbir. Teknika li żdiedet u s-saħħa tikber tul iż-żmien.
Leonardo żvela li jixtieq isir leġġenda ta’ Juventus u jtemm il-karriera ma’ Juventus. Kien hu li matul din is-sena kkastiga lil Inter għal darbtejn, kemm fil-kampjonat kif ukoll fil-Coppa Italia, bil-penalti deċiżiv li elimina lil Inter ġewwa San Siro.
Il-ħames kampjonat għal Leo Bonucci. Il-moħħ Juventin, il-maħbub, il-leġġenda tal-futur.