Għeżież benjamini tagħna,
Sraqtulna qalbna flimkien mal-kollegi tagħkom. Sraqtulna qalbna kif minn skwadra medjokri kif penġewkom ħafna ħriġtu mill-kompetizzjoni b’raskom mgħollija għalkemm kemxejn delużi. Li titlef bil-penalties mar-rebbieħa tat-Tazza tad-Dinja tfisser ħafna. Flimkien ma’ Leo u Chiellini żammejtu organizzazzjoni li għallmet lil ħafna nazzjonijiet oħra.
Għażiż Barzagli, grazzi ta’ kollox. Ħaga ngħidlek; li iktar ‘il quddiem aħna m’aħniex se ninsew lil din l-Italja li tilfet mal-Ġermanja. M’aħniex ħa ninsew din l-Italja tant kompatta u organizzata li tilfet bl-unuri. Nifhem id-delużjoni tiegħek imma ma nistax nibqa’ għaddej mingħajr ma nisħaq li iva, ħa nibqgħu niftakru fil-qlubija li wrejtu.
Għażiż leġġenda u kaptan Buffon, titlaqna qatt. Bħalek m’aħna se nsibu qatt. Int l-aqwa gowler li qatt kellna u qatt rajna f’wiċċ id-dinja. Nitolbok tieqaf qatt tkun sportiv, tieqaf qatt tiġġieled biex it-tim tiegħek jibqa’ jkollu mentalità rebbieħa.
Għeżież Andrea u Gigione, grazzi talli tibqgħu turuna s-sabiħ ta’ dan l-isport.
Grazzi!