Wara li fl-aħħar jiem tħabbar li l-Juventus Club DOC Malta Cuore Bianconero se jimxi għal premises ġodda fjamanti, ferm ikbar minn dawk attwali u fuq kollox aċċessibbli, issa wasal il-mument li nħabbru fejn se nkunu.
Punt kruċjali li l-Kumitat ħares lejh kien li l-klabb jibqa’ kemm jista’ jkun ċentrali. Kien għalhekk li l-għażla waqgħet fuq il-Marsa, f’żona sikura u nadifa bħalma hu l-post attwali fl-Imrieħel.
Il-premises se jkollhom ħafna faċilitajiet ġodda li l-premises attwali ma kinux joffru, inkluż parking bla limitu. Iżda iżjed dwar dan fil-ġimgħat li ġejjin.
Dan il-pass ġdid se jġib spejjeż kbar lill-Kumitat li jaħdem b’mod volontarju, u fuq kollox xogħol biex fi ftit xhur il-post ikun lest biex jilqa’ lill-Juventini Maltin.
L-appell hu biex dawk li jixtiequ jgħinu iżjed, kemm b’donazzjonijiet ta’ oġġetti, memorabilia jew materjal, inkella jixtiequ jagħtu daqqa t’id b’mod manwali jew ikunu sponsors tal-klabb, jibagħtu email fuq admin@juventusmalta.com biex jingħataw dettalji dwar il-pakketti ta’ riklamar.





