Illum, fil-bini tal-Juventus Club DOC Malta Cuore Bianconero tal-Imrieħel, qed ssir open day bejn id-9:00 u l-17:00.
Matul il-ġurnata wieħed jista’ jissieħeb membru mal-klabb u jagħmel is-sħubija DOC għall-istaġun li jmiss. Se nkunu qegħdin inqassmu wkoll ir-rigali tad-DOC ta’ dal-istaġun li għadda għal dawk libaqgħu ma ġabruhomx.
Il-benefiċċji tas-sħubija DOC tistgħu tarawhom hawn: Għala jaqbillek tkun membru DOC?
Matul il-ġurnata jistgħu jinġabru wkoll ir-ritratti li ttieħdu waqt l-attività ma’ Fabrizio Ravanelli, ikun hemm logħob bl-Xbox u wkoll wirja ta’ memorabilia storiċi Juventini.
Nittamaw li narawk u nistednuk tħeġġeġ lil sħabek biex jingħaqdu mal-akbar klabb Juventin barrani fid-dinja.
Juventus Club DOC Malta Cuore Bianconero,
L-Imrieħel.