Is-Sibt filgħaxija, fi tmiem l-Open Day li saret b’suċċess fil-Juventus Club DOC Malta Cuore Bianconero tal-Imrieħel, tħabbru r-rebbieħa tal-Loyalty Points Scheme għall-istaġun 2015/16.

Ir-rebbieħa, Lawrence Gauci (ritratt ewlieni), Fabian Darmanin u Aidan Darmanin (ritratt hawn taħt) rebħu biljett kull wieħed fit-Tribuna Boniperti, bit-titjiriet u l-akkomodazzjoni mħallsa wkoll.

2

Warajhom ikklassifikaw Darrell Micallef, Trevor Camilleri u Simon Cassar li wkoll irċivew xi rigali bħala ringrazzjament għal-lealtà u l-għajnuna lill-klabb matul dawn is-snin.

3

Ir-rebbieħa tal-Loyalty Points Scheme kienu deċiżi wara sistema ta’ punti li ngħataw kull darba li persuna rat logħba ta’ Juventus fil-klabb, dawk li attendew għal tours jew attivitajiet organizzati matul l-istaġun, dawk li kisbu biljetti għal-logħob ta’ Juventus permezz tal-klabb, permezz tas-sħubija DOC, xtraw mill-J-Shop inkella daħħlu ammont ta’ membri.

Il-Kumitat jirringrazzja lil kull min kien u għadu ta’ sostenn biex il-klabb jibqa’ jikseb suċċess u jikber sena wara oħra.

dical-banner-1200×280