Il-paġna tal-klabb, Juventus Club DOC Malta Cuore Bianconero, laħqet reach ta’ iżjed minn 500,000, jew aħjar l-ammont ta’ persuni li laħqu l-posts maħruġa.

Biex wieħed jieħu idea ta’ kemm hu sinifikanti dan l-ammont, nofs miljun persuna hu ikbar mill-popolazzjoni ta’ Malta. Dan l-ammont hu ferm iktar impressjonanti meta wieħed jikkunsidra li l-paġna għandha ftit iktar minn 9,000 Like, li hu ftit kumparat ma’ paġni ferm ikbar li lanqas biss jersqu lejn dan l-ammont.

Is-sigriet ta’ dan is-suċċess hu l-kollaborazzjoni perfetta bejn il-membri kollha tal-Kumitat, li lkoll, b’xi mod jew ieħor, għenu biex il-paġna tikber b’rata qawwija fl-aħħar jiem.

Fost l-ikbar suċċess kien hemm il-filmati wara kull gowl jew akkwist ta’ Juventus, b’disinn ta’ Gabriel Rosario Zammit. Dawn imxew ħafna u saru viral … b’mod speċjali l-filmat bl-awguri għal fejqan ta’ malajr lil Matteo Bonucci.

Dan il-filmat laħaq 381,922 persuna, rawh 159,000 persuna, ġie shared 1,925 darba u rreġistra iżjed minn 1,600 Like.

Jekk tixtieq tibbenefika minn din il-popolarità billi toffri sponsorship lill-klabb u tirreklama l-business tiegħek, tista’ titlob informazzjoni permezz ta’ email fuq admin@juventusmalta.com

Il-klabb jikkunsidra wkoll sponsors għal min jixtieq li l-Man of the Match (medja ta’ 250 vot kull logħba) tingħata isem l-attività kummerċjali tiegħu jew min jixtieq jisponsorja l-filmati tal-gowls fuq Facebook.

Paġna Klabb

Matteo