Il-klabb bi pjaċir iħabbar li rnexxielu jaqdi lil dawk kollha li xtaqu biljetti għal-logħba li jmiss ta’ Juventus, jiġifieri kontra Sassuolo.
Dawn il-biljetti jistgħu jinġabru nhar it-Tnejn li ġej, bejn l-16:30 u s-19:00 mill-klabbs stess.
Infakkru fl-importanza li dawk li jixtiequ jitilgħu jaraw xi logħba jkollhom is-sħubija DOC, li hi s-sħubija diretta ma’ Juventus. Tista’ tara l-benefiċċji tagħha: Għalfejn jaqbillek tkun membru DOC?
Min ikun irid xi biljetti għandu jħalli deposit mill-iktar fis possibbli fuq il-logħba partikolari li jixtieq, hekk kif il-klabb jaħdem fuq sistema fejn min iħallas l-ewwel, jinqeda l-ewwel, sakemm ikun fadal biljetti.





