Il-kalendarju li l-klabb qed jagħti b’xejn, bħala rigal lill-membri tiegħu, jista’ jiġi akkwistat anke minn min mhux membru.

Dan hekk kif il-kalendarju, li jinkludi 12-il tpinġija mill-isbaħ tal-artist Kyle Duca, b’disinn minn Gabi-ros Design, jinsab għall-bejgħ għall-prezz ta’ €10.

Wieħed jista’ jordna wkoll prints tal-istess tpinġijiet għall-prezz ta’ €25 għal prints ta’ daqs A4 u €35 għal prints ta’ daqs A3. Kemm il-prints kif ukoll il-kalendarji jistgħu jiġu akkwistati mill-klabbs stess fil-ħinijiet tal-ftuħ.

dical-banner-1200×280