Il-Kumitat jixtieq jistieden lill-Juventini Maltin kollha biex flimkien ingawdu l-aħħar logħba tas-sena kontra Milan, li tista’ ssarraf ukoll fi trofew ieħor għal Juventus.

Din il-logħba se tintwera fil-premises attwali tal-klabb fl-Imrieħel, kif se jiġri għal kull logħba oħra sakemm ikun lest ix-xogħol fil-premises ġodda fil-Marsa.

Filwaqt li x-xogħol għaddej b’ritmu mgħaġġel biex il-premises ġodda jkunu lesti mill-iktar fis possibbli, infakkru li hemm ħafna proċessi u regolamenti li ma jiddependux mill-klabb u jridu jiġu osservati.

Dan bl-għan li l-klabb il-ġdid jiftaħ b’konformità mar-regoli kollha ta’ saħħa, sigurtà u aċċessibbiltà biex b’hekk ikun fl-aħjar livell possibbli biex jilqa’ lill-membri tiegħu.

dical-banner-1200×280