Matul il-ġurnata wasal id-dawl kollu li hemm bżonn biex il-premises ġodda tal-klabb fil-Marsa jkunu attrezzati bl-aħjar mod possibbli.

Minbarra d-dawl bażiku, il-klabb investa f’sistema grazzi għall-kumpanija ESS Ltd li mistennija tkun sorpriża sabiħa għal dawk kollha li jattendu biex igawdu l-logħob flimkien magħna.

Dan mistenni jagħmel lill-premises ġodda tal-Juventus Club DOC Malta Cuore Bianconero l-aqwa u l-iktar premises moderni ta’ supporters clubs lokali.

Fl-istess waqt, għaddej xogħol biex jitlestew il-kmamar tal-banju kif ukoll f’dak li għandu x’jaqsam mal-istallazzjoni tas-sistema tas-sound.

Il-premises ġodda huma ferm ikbar minn dawk attwali u fuq kollox totalment aċċessibbli, b’numru ta’ faċilitajiet kif ukoll żona kbira ta’ parkeġġ madwar il-klabb.

Infakkru li sakemm ma joħroġx avviż ieħor, il-Juventini Maltin huma mistiedna jsegwu l-logħob ta’ Juventus, inkluż is-Supercoppa tal-Ġimgħa, fil-premises attwali tal-Imrieħel sakemm ikun lest ix-xogħol fil-premises ġodda fil-Marsa.

Se jkun hemm ukoll mużew ġdid dedikat totalment għal Juventus. Il-Kumitat qed jistieden lill-Juventini Maltin li jixtiequ jikkontribwixxu b’xi mod għal dan il-mużew, kemm b’donazzjoni jew b’self. Dawk kollha interessati li jgħaddu xi materjal li jaħsbu li jista’ jkun utli huma mitluba jibagħtu email fuq info@juventusmalta.com.

Dan il-pass ġdid se jġib spejjeż kbar lill-Kumitat li jaħdem b’mod volontarju, u fuq kollox xogħol biex fi ftit xhur il-post ikun lest biex jilqa’ lill-Juventini Maltin.

L-appell hu biex dawk li jixtiequ jgħinu iżjed, kemm b’donazzjonijiet ta’ oġġetti, memorabilia jew materjal, inkella jixtiequ jagħtu daqqa t’id b’mod manwali jew ikunu sponsors tal-klabb, jibagħtu email fuq admin@juventusmalta.com biex jingħataw dettalji dwar il-pakketti ta’ riklamar.

dical-banner-1200×280