Membri tal-kumitat u qraba tagħhom illum qattgħu ġurnata sħiħa jnaddfu l-post ġdid minn fejn se jibda jopera l-klabb fil-jiem li ġejjin.

Dan wara li fl-aħħar jiem tlesta x-xogħol kollu ta’ żebgħa u madum, biex issa matul il-ġimgħa d-dieħla tasal l-għamara u tibda fażi importanti tal-mogħdija tas-servizzi u installazzjoni tat-televiżjonijiet fost l-oħrajn.

Kif wieħed jista’ jimmaġina, post ferm ikbar minn dak attwali, b’faċilitajiet mill-aqwa u aċċessibbli għal kulħadd, iġib miegħu spiża ta’ eluf. Fid-dawl ta’ dan il-klabb qed jappella lil min kapaċi jaħdem manwalment u jixtieq jgħin fix-xogħol jew inkella jappoġġjana bl-għoti ta’ sponsorships biex jagħmel kuntatt magħna fuq admin@juventusmalta.com.

dical-banner-1200×280