Ġurnata u nofs biss wara li l-Kumitat nieda l-inizjattiva The 300, iktar minn 100 persuna għażlu li jgħinu lill-klabb.

The 300 hi inizjattiva fejn il-Juventini qed jintalbu jagħtu donazzjoni ta’ €20 jew iktar, bil-flus jiffinanzjaw l-ispejjeż ta’ xogħol u investiment ġdid li għaddej fil-kwartieri ġodda tal-klabb, fil-Marsa.

Bħala turija ta’ apprezzament, it-300 li jappoġġjaw lill-klabb b’donazzjoni se jkollhom l-opportunità li jnaqqxu isimhom jew isem qrabathom fil-kwartieri tal-klabb b’mod permanenti – isem għal kull €20 donazzjoni.

Minbarra dawk li kkontribwew onlajn, hemm ukoll grupp ta’ nies, kif ukoll kumpaniji li offrew l-għajnuna lill-klabb.

Agħfas hawn jekk int ukoll tixtieq tnaqqax ismek fl-istorja.