Fadal biss ftit ġranet oħra sabiex is-sede l-ġdida tal-Juventus Club Malta Cuore Bianconero tiġi inawgurata uffiċjalment, fl-1 ta’ Frar 2017.

Il-Kumitat bħalissa qed jaħdem bi ħġaru biex jorganizza attività li se tibqa’ mnaqqxa fl-istorja ta’ dan il-klabb. Filwaqt li se jkun hemm bosta personalitajiet minn diversi oqsma mistiedna, il-Kumitat jixtieq jistieden lill-Juventini Maltin biex anki huma jkunu parti minn din l-esperjenza.

Jekk tixtieq tattendi għal din il-festa Juventina, inti ġentilment mitlub/a tibgħat email fuq info@juventusmalta.com sal-Ħamis 26 ta’ Jannar biex wara ninfurmawk minn fejn u meta jkun jista’ jinġabar l-invit tiegħek.

Jekk tixtieq tgħin lill-klabb, u fl-istess waqt tnaqqax ismek fl-istorja tal-klabb, żur: http://www.zaar.com.mt/projects/searching-for-300-juventus-supporters/

dical-banner-1200×280