L-inizjattiva The 300, li permezz tagħha 300 persuna se jkunu jistgħu jnaqqxu isimhom fil-kwartieri ġodda tal-klabb talli jgħinu b’donazzjoni, issa qed toqrob lejn fażi oħra b’suċċess.
Dan hekk kif fadal biss 85 isem disponibbli, wara li ħafna taw donazzjoni ta’ €20. Oħrajn iddeċidew li jagħmlu iktar minn donazzjoni waħda bl-għan li minbarra isimhom, inaqqxu wkoll isem qrabathom, uliedhom jew inkella persuni li sfortunatament ħallew din id-dinja.
Id-donazzjonijiet mogħtija qed jintużaw mill-Kumitat biex isir l-investiment fi kwartieri ikbar u iktar aċċessibbli. Dawn il-kwartieri ġodda, fi Triq Troubridge, ikunu inawgurati nhar l-Erbgħa li ġej.
Fid-dawl ta’ dan, inħeġġu lil min jixtieq jgħin biex ma jħallix għall-aħħar u jniżżel ismu fil-kwartieri l-ġodda. Tista’ tħalli d-donazzjoni tiegħek fuq: http://www.zaar.com.mt/projects/searching-for-300-juventus-supporters/






