300 persuna se jkunu jistgħu jnaqqxu isimhom, isem membri tal-familja jew b’tifkira ta’ qraba li ħallew din id-dinja fil-kwartieri ġodda tal-klabb.
Dan hekk kif intlaħqet b’suċċess u ġimgħatejn qabel iż-żmien stipulat, il-mira tal-inizjattiva The 300. Permezz ta’ din l-inizjattiva ta’ crowd funding, il-klabb irċieva €6,000 f’fondi li se jiġu investiti f’apparat elettroniku bżonnjuż fil-kwartieri ġodda tal-klabb, kif ukoll biex jittaffew il-ispejjeż li saru.
F’kuntatt mal-membri tal-Kumitat, il-kumpanija Zaar avżatna li din kienet waħda mill-iktar kampanji li saru b’suċċess u b’rata mgħaġġla meta wieħed jikkunsidra li kull donazzjoni kienet ta’ €20 u kien hemm bżonn jintlaħqu s-€6,000.
FIl-jiem l ġejjin, kull kontributur se jiġi kkuntattjat biex jintalab jgħaddi isem li jixtieq li jitniżżel mat-300.
Minħabba li kien hemm min ta donazzjonijiet ikbar minn €20, imma jrid iniżżel biss isem, għad hemm xi ismijiet disponibbli u d-donazzjonijiet għadhom jistgħu jingħataw billi tagħfas hawn.





