Minn għada, għal-logħba kontra Inter, il-Juventini Maltin se jkunu jistgħu jgawdu mit-tieni big screen fil-kwartieri ġodda tal-klabb.

Dan il-big screen jiżdied ma’ ieħor li diġà kien hemm u se jxandar il-logħba HD grazzi għal investiment ieħor li sar iktar kmieni din il-ġimgħa, bl-installazzjoni ta’ servizz oriġinali ta’ Sky HD.

Fil-kwartieri ġodda tal-klabb hemm ukoll televiżjoni ta’ daqs 65″ u tnejn oħra ta’ daqs 49″ mifruxa madwar il-klabb. Dan hekk kif inħolqot sezzjoni ddedikata għaż-żona tal-bar u oħra bis-siġġijiet biex nakkomodaw lil kulħadd.

dical-banner-1200×280