Il-Juventus Club Malta Cuore Bianconero jħabbar li ntagħżel bħala l-klabb esklussiv f’Malta li se jkun qed ibiegħ il-biljetti għall-attività ta’ Alex Del Piero, fit-3 ta’ Ġunju li ġej.

Wieħed jista’ jikseb biljetti minn fost żewġ kategoriji differenti:

– Biljetti ta’ €300 li jinkludu Gala Buffet Dinner fl-Intercontinental Hotel ta’ San Ġiljan u ritratt ma’ Del Piero. Il-leġġenda ta’ Juventus se jkun qed jiffirma wkoll oġġetti relatati lil dawk li jkollhom biljett.
– Biljetti ta’ €240 li jinkludu Gala Buffet Dinner fl-Intercontinental Hotel ta’ San Ġiljan waqt li Del Piero jieħu ritratt mal-grupp li jkun qed jiekol fuq l-istess mejda.

Infakkru li l-Juventus Club Malta Cuore Bianconero mhux l-organizzatur ta’ din l-attività, iżda A Night with a Legend qed tkun organizzata mill-kumpanija privata Music Hall Events. Il-flus mill-biljetti wkoll jgħaddu għand din il-kumpanija, u mhux għand il-klabb.

Il-biljetti jibdew jinbiegħu minn nhar il-Ħadd li ġej, qabel il-logħba kontra Roma.