Sigħat ta’ ħidma matul il-ġurnata servew biex is-sistema tas-sound fil-klabb ġiet aġġornata b’investiment importanti.

Dan ifisser li issa s-sound fil-klabb tjieb drastikament u se jagħmilha possibbli wkoll li jsostni s-sensiela ta’ attivitajiet ippjanati fil-klabb, l-ewwel fosthom il-boogie night fl-10 ta’ Marzu.

Mhux hekk biss iżda s-sistema l-ġdida se tagħmel is-swali tal-klabb ferm iktar attraenti u adattati għall-kiri tas-swali għal attivitajiet privati.

Dan kollu kien possibbli grazzi wkoll għall-ħidma tal-membru tal-Kumitat Paul Valletta u l-kumpanija Black Box Malta, li hi parti mill-familja tal-isponsors tal-klabb.

Infakkru wkoll li l-kumpanija Black Box qed toffri 10% skont lill-membri tal-klabb fuq apparat ta’ awdjo u viżwal minbarra servizzi relatati mal-istess apparat, inkluż l-installazzjoni u t-tiswija tiegħu. Huma jinsabu fi Triq il-Wied, Ħal Balzan.