L-iktar akkwist riċenti ta’ Juventus, Leandro Fernandes, qed jirriskja sospensjoni wara ġest li għamel fil-konfront tal-partitarji ta’ Torino.

Dan hekk kif Fernandes, li għandu 18-il sena, kien parti mill-iskwadra tal-Primavera rebbieħa tad-derby kontra Torino bi skor ta’ 1-0. Il-gowl wasal fid-89 minuta.

Mal-gowl, il-Juventini marru jiċċelebraw quddiem il-partitarji ta’ Torino b’Fernandes jidher joħroġilhom is-suba’ tan-nofs. Il-plejer mistenni jiġi mmultat minn Juventus.

Sors: Francesco Ceccotti

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280