F’konferenza stampa llum, Antonio Conte qal li r-rebħ tal-kampjonat Ingliż ma’ Chelsea jkun unur ikbar mit-tliet kampjonati Taljani li ħa ma’ Juventus.
Żied ukoll il-kliem, “Iva, kemm għalija, għall-plejers u anke għall-klabb, li tirbaħ il-kampjonat Ingliż huwa unur kbir. Li tirbaħ ġewwa l-Ingilterra dan iż-żmien mhix faċli. Dan l-istaġun huwa tajjeb għalina, iżda biex ikun aħjar irridu nippruvaw nirbħu.”
“Dan l-istaġun huwa importanti li nifhmu li mhux kull min jonfoq l-aktar jirbaħ. Dan mhuwiex l-ewwel staġun li ż-żewġ klabbs ta’ Manchester (Manchester United u Manchester City) nefqu ħafna flus. Chelsea jridu jibnu bil-mod il-mod, biex ikollhom forza kbira”.
Sors: Around J
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com