Il-Kumitat tal-Juventus Club Malta Cuore Bianconero ħa d-deċiżjoni li l-klabb ma jiftaħx għal-logħba ta’ llum bejn Bologna u Juventus.

Din id-deċiżjoni qed tittieħed b’responsabbiltà fid-dawl tat-twissijiet tal-awtoritajiet kawża tal-maltemp, riħ qawwi u periklu kkawżat mill-maltempata ta’ llum.

Għalkemm il-Kumitat jifhem id-diżappunt tal-membri tiegħu, ninnutaw li fl-inħawi tal-klabb hemm periklu tant li matul il-lejl ir-riħ qawwi saħansitra kisser tined kbar li kienu jinsabu biswit il-klabb tagħna u li dawn kienu qed joffru kenn għall-karrijiet tal-karnival. Kif rappurtat fil-midja, dawn il-karrijiet ukoll sofrew ħsara konsiderevoli.

Il-klabb ukoll qed jesperjenza diffikultajiet, fost oħrajn fis-sistemi użati biex jixxandar il-logħob. Dan ifisser li hemm riskju li, jekk jfitaħ il-klabb, ikun hemm ukoll problemi fit-trażmissjoni.