Kif kien mistenni l-klabb irċieva domanda kbira għall-biljetti għall-partita taċ-Champions League bejn Juventus u Barcelona.

Filwaqt li l-Kumitat jinsab f’pożizzjoni li jista’ jiggarantixxi biljetti lil kulħadd, l-istess Kumitat jixtieq jagħti dettalji dwar is-sistema li se tintuża għal din il-partita.

Kif wieħed seta’ jobsor, il-prezzijiet għal din il-logħba huma għoljin. Fil-fatt il-prezz face value maħruġ minn Juventus huwa l-ogħla prezz li qatt ġie rreġistrat b’setturi fil-grawnd li saħansitra jiswew €2,500.

Fil-preżent il-Kumitat ma għandux konferma tan-numru eżatt ta’ biljetti li se jiġu garantiti minn Juventus permezz tas-sistema DOC iżda bħal dejjem innegozjajna wkoll numru ta’ biljetti mal-aġenti li naħdmu magħhom.

Ma’ dawn l-aġenti, il-Kumitat innegozja dawn il-kwantitajiet u prezzijiet li se jiġu offruti lill-membri fuq bażi first come first served:

– 8 biljetti fit-Tribuni Est Primo Anello Centrale jew Laterale (skont id-dispożizzjoni) għal €350;
-12-il biljett fit-Tribuni Ovest 2 jew Ovest Laterale 2 (skont id-dispożizzjoni) għal €270;
– 34 biljett fit-Tribuni Est Primo Anello Centrale jew Laterale (skont id-dispożizzjoni) għal €460;
– 27 biljett fit-Tribuni Ovest 2 jew Ovest Laterale 2 (skont id-dispożizzjoni) għal €370.

Wara din il-kwantità, il-klabb għandu offerti għal aktar biljetti f’setturi oħra bi prezzijiet ogħla li jiġu biss ikkonfermati jekk ikun għad hemm domanda.

Il-Kumitat jixtieq jiċċara li dawn il-prezzijiet huma dawk offruti mill-aġenti u fuq l-ewwel 20 irnexxielu jinnegozja skont ta’ €100 fuq kull biljett.

Il-Kumitat jixtieq javża wkoll li minħabba raġunijiet ta’ loġistika mhux se jkun qed jorganizza l-ebda tour jew pakketti organizzati għal din il-logħba, u mhux se jattendu membri tal-Kumitat.

Il-klabb se jkun miftuħ nhar il-Ġimgħa, 24 ta’ Marzu bejn is-18:00 u t-20:00 għal dawk kollha interessati f’din il-logħba. Irid isir il-ħlas kollu tal-biljetti u ladarba jsir il-ħlas, il-booking ikun ikkonfermat u ma jistax jitħassar.

Kull min se jiġi jħallas irid ikun membru mal-klabb u għandu jġib il-passaport jew il-karta tal-identità miegħu. Kull min għadu mhux membru jista’ jissieħeb nhar il-Ġimgħa stess.

dical-banner-1200×280