Il-Kumitat tal-Juventus Club Malta Cuore Bianconero jixtieq jawgura liż-żewġ kantanti Maltin li llejla se jippruvaw jikkwalifikaw għall-finali tas-Sibt li ġej tal-Eurovision.
Kemm Christabelle kif ukoll Jessika huma Juventini, u t-tnejn kienu l-kantanti li kantaw l-innu ta’ Juventus meta l-klabb inawgura s-swali ġodda tiegħu fi Triq Troubridge, fil-Marsa.
Christabelle se tkanta f’isem Malta filwaqt li Jessika ntagħlet bħala rappreżentanta ta’ San Marino. Awguri!