Il-kumpanija Mattell, li tipproduċi l-pupi storiċi ta’ Barbie, għażlet plejer Juventina bħala parti minn xelta ta’ 17-il mudell.
L-idea ta’ din il-kumpanija hi marbuta mal-ġurnata ta’ Jum il-Mara, bl-għan li l-bniet jingħataw mudelli ta’ ħajja li jistgħu jsegwu.
Fost dawn hemm Sara Gama, plejer tat-tim tan-nisa u captain ta’ Juventus u t-tim nazzjonali tal-Italja, kif ukoll membru tal-Bord Federali u President tal-Kummissjoni għall-Iżvilupp tal-Futbol tan-Nisa.
Magħha hemm ukoll Patty Jenkins (produttriċi tal-films), Chloe Kim (snowboarder), Bindi Irwin (li taħdem fix-xena tal-konservazzjoni ambjentali), Nicola Adams (champion tal-boxing), Çağla Kubat (windsurfer), Hélène Darroze (koka), Hui Ruoqi (champion tal-volleyball), Leyla Piedayesh (diżinjatriċi u imprenditriċi), Lorena Ochoa (plejer professjonali tal-golf), Martyna Wojciechowska (ġurnalista), Xiaotong Guan (attriċi u filantropista), Yuan Tan (ballerina) u Vicky Martin Berrocal (imprenditriċi u diżinjatriċi tal-moda).
Sors: PR News Wire
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com







