Il-ġganti Ġermaniżi Bayern München jidher li qed jikkunsidraw lil Massimiliano Allegri biex ikun il-kowċ il-ġdid tagħhom mill-istaġun li ġej. Bayern laħħqu lil Jupp Heynckes bħala l-kowċ il-ġdid tagħhom sal-aħħar ta’ dan l-istaġun.
Flimkien ma’ Allegri, iċ-champions renjanti qed jikkunsidraw ukoll lil Julian Nagelsmann u lil Thomas Tuchel.
Sors: Bild
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com