Bħal-lum 12-il sena Juventus ġew ikkundannati biex jilagħbu fis-Serie B wara l-iskandlu tal-Calciopoli. Din kienet daqqa ta’ ħarta għal Juventus fejn diversi plejers ħallew il-klabb ukoll.

Juventus immedjatament reġgħu sabu posthom fis-Serie A u qatt ma ħarsu lura. Fl-2011 Juventus fetħu l-Juventus Stadium u minn hemm bdiet il-mixja straordinarja li llum wasslitna s’hawn.

Juventus rebħu l-kampjonat seba’ darbiet infila, erba’ darbiet konsekuttivi rebbieħa tal-Coppa Italia u fl-2015 u fl-2017 kienu finalisti tal-Uefa Champions League.

Kien hemm minn ipprova jkisser lil dan il-klabb meta tefgħu fis-Serie B iżda żgur li ma rnexxilux. Illum il-ġurnata Juventus huma fost l-aqwa timijiet u l-istrateġija li qegħdin jaħdmu biha żgur li fis-snin li ġejjin se nibqgħu nisimgħu mhux ħażin b’dan il-klabb.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280