Il-Kumitat bi pjaċir jinforma lill-membri li huma rreġistrati mas-sistema DOC li l-klabb ġie allokat 10 biljetti tal-Kategorija 3 għall-finali taċ-Champions League.

Dawn il-biljetti, għal-logħba li tintlagħab f’Cardiff nhar is-Sibt 3 ta’ Ġunju 2017, se jkunu offruti għall-prezz ta’ €170.

Il-biljetti se jiġu offruti biss lil membri DOC fuq bażi first come first served. Kull min huwa interessat għandu jċempel fuq 9974 2555 sal-17:30 tal-lum il-Gimgħa 26 ta’ Mejju 2017.

Grazzi,
Il-Kumitat.