Fil-lejl ta’ bejn is-Sibt u l-Ħadd, il-JCMCB Bar & Grill tella’ b’suċċess l-ewwel minn sensiela ta’ boogie nights fis-swali tal-klabb.

B’attendenza mill-isbaħ ta’ iktar minn 200 persuna, dan kien esperiment li rnexxa, u għalhekk bdew taħditiet biex serati simili jibqgħu jsiru.

It-tmexxija tal-bar u l-Kumitat tal-klabb jirringrazzjaw kemm lil dawk li attendew kif ukoll lil min kellu sehem fl-organizzazzjoni, b’mod speċjali l-membru tal-Kumitat Paul Valletta li fl-aħħar jiem ħadem bla heda f’dak li għandu x’jaqsam mal-aġġornament tas-sistema tad-dawl u sound tal-klabb.

Din l-attività kienet possibbli grazzi wkoll għall-mod kif is-swali tal-klabb huma attrezzati biex jakkomodaw kull tip ta’ attività; minn parties għal ikliet jew turnej differenti.