Cagliari għalissa ħelsuha ħafif hekk kif il-curva tagħhom ma ġietx sospiża u l-klabb ma weħel l-ebda multa wara l-ibbuwjar u l-kori razzisti fil-konfront ta’ Moise Kean u Blaise Matuidi.

Madankollu, kollox jindika li l-piena tagħhom hi biss sospiża u mhux evitata hekk kif l-awtoritajiet ġudizzjarji sportivi talbu li jkun hemm investigazzjonijiet ulterjuri kif ukoll li jiġu akkwistati filmati li jistgħu jgħinu fl-investigazzjonijiet.

Jirriżulta li r-raġuni hi li kemm ir-referee kif ukoll il-Prokura niżżlu li l-ibbuwjar razzista beda biss wara li Kean sfida lill-curva. Madankollu, l-awtoritajiet sportivi għandhom dubji dwar dan anke għaliex mix-xandira jirriżulta li t-tgħajjir kien preċedenti għal dan l-episodju.

Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280