Il-Kumitat bi pjaċir jinforma lill-Juventini Maltin li ntlaħaq ftehim mal-Air Malta biex f’każ ta’ rebħa fil-kompetizzjoni taċ-Champions League titlaq titjira speċjali minn Malta għal Turin għal dawk kollha li jixtiequ jitilgħu għaċ-ċelebrazzjonijiet spontanji u organizzati li jkun hemm eżatt mal-wasla tal-plejers.
In-numru ta’ postijiet huwa wieħed limitat u bħal dejjem is-sistema li se tintuża se tkun first come first served. Kull min jitla’ jista’ jagħżel jew it-titjira biss jew it-titjira u t-transfers ġewwa Turin.
Il-prezz għal din it-titjira huwa dak ta’ €420 għall-membri tal-klabb u €450 għal dawk li mhumiex membri. Il-membri li jagħzlu li jieħdu t-transfers ukoll għandom iżidu €25 waqt li min mhux membru jħallas €35. F’każ li Juventus ma jirbħux it-tazza, it-titjira titħassar u kull persuna tħallas biss non-refundable booking fee ta’ €50.
Il-ħinijet tat-titjiriet huma dawn: fis-02:05 tal-lejl ta’ bejn is-Sibt u l-Ħadd, it-titjira titlaq minn Malta u tasal Turin fl-04:05. It-titjira lura lejn Malta titlaq minn Turin fis-02:25 tal-lejl ta’ bejn il-Ħadd u t-Tnejn u tasal Malta fl-04:20.
Il-bookings se jkunu fuq bażi first come first served u inizjalment se jsiru permezz ta’ email fuq tickets@juventusmalta.com u jiġu kkonfermati biss ladarba jsir il-pagament totali.
Għal dan il-għan, il-klabb se jkun miftuħ nhar it-Tlieta 30 ta’ Mejju jew l-Erbgħa 31 ta’ Mejju bejn is-18:30 u t-20:30. Ic-charter jiġi kkonfermat biss jekk jintlaħaq in-numru minimu ta’ 120 persuna.
Juventus Club DOC Malta Cuore Bianconero,
Il-Marsa.





