Il-Kumitat tal-Juventus Club Malta Cuore Bianconero jinnota bi pjaċir li l-kantanta rebbieħa tal-Malta Song for Europe, Christabelle Borg, aċċettat l-istedina u se ssegwi l-logħba bejn Juventus u Spal fil-klabb.

Il-logħba kontra Spal tintlagħab nhar is-Sibt li ġej fid-20:45 bi Christabelle li tasal għall-ħabta tat-20:00 flimkien mal-familja tagħha.

Il-Kumitat jistieden b’mod speċjali lill-familji bit-tfal li se jkollhom l-opportunità jiltaqgħu u jitkellmu ma’ Christabelle b’mod personali.