Il-Kumitat tal-Juventus Club Malta Cuora Bianconero jħabbar li rnexxielu jakkwista sett ta’ biljetti oħra għal-logħba bejn Juventus u Ajax, fl-Allianz Stadium. Il-biljetti disponibbli huma dawn:

– 2 biljetti fis-settur Est Centrale, Primo Anello għall-prezz ta’ €250 kull wieħed;
– 2 biljetti fis-settur Ovest, Primo Anello għall-prezz ta’ €175 kull wieħed.

Dawn il-biljetti jinsabu disponibbli għall-membri attivi tal-klabb li għandhom ukoll is-sħubija DOC għall-istaġun 2018/19. Il-prezz ikkwotat hu dak oriġinali tal-biljett, u miegħu jiżdiedu biss €5 li hu l-prezz ta’ amministrazzjoni li jirċievi l-klabb.

Min hu interessat irid jikkwalifika skont kif imsemmi (jiġifieri jkun membru tal-klabb u DOC) u għandu jibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com sa għada, it-Tnejn 25 ta’ Marzu, fis-18:00.

Il-biljetti jinbiegħu fuq bażi ‘first come first served’ u jkunu kkonfermati malli jsir il-ħlas.