Il-Kumitat tal-Juventus Club Malta Cuore Bianconero jħabbar li għandu ammont limitat ta’ biljetti għal-logħba miċ-Champions League bejn Juventus u Atlético de Madrid. Il-logħba tintlagħab nhar it-12 ta’ Marzu, fl-Allianz Stadium.

Dawk interessati għandhom jibagħtu email fuq tickets@juventusmalta.com biex ikunu ggwidati kif għandhom jibbukkjaw. Bookings jintlaqgħu sa nhar it-Tnejn li ġej, jew sakemm ikun għad fadal biljetti disponibbli.

Il-Kumitat javża li l-biljetti huma disponibbli biss għall-membri attwali tal-klabb li għandhom ukoll is-sħubija DOC, waqt li javża wkoll li l-maġġoranza tal-biljetti ma jinsabux f’seats ħdejn xulxin.